3 karozzi jieħdu n-nar f’Ħal Qormi

3 karozzi Nar Ħal Qormi Protezzjoni Ċivili

Karozza ħadet in-nar tul il-lejl f’Ħal Qormi, u kkawżat xi ħsarat lil 2 karozzi oħra u propjetà fil-qrib.

Dan ġara fi Triq il-Vitorja fis-1.40am, fejn issejħu uffiċjali tal-Pulizija, tar-Rapid Intervention Unit, u tal-Protezzjoni Ċivili fuq il-post.

Jidher illi ħadd ma weġġa’ fl-inċident.