​3 iweġġgħu f’inċident tat-traffiku

Tliet persuni weġġgħu wara li seħħ inċident tat-traffiku lbieraħ f’Telgħet Raħal Ġdid, Raħal Ġdid.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:00pm. Qalet li żagħżugħ ta’ 20 sena li joqgħod il-Bormla, tilef il-kontroll tal-karozza li kien qed isuq u ħabat ma’ vettura pparkjata. Iż-żagħżugħ inqaleb bil-karozza.
Skont il-Pulizija, flimkien max-xufier ta’ 20 sena, fil-vettura kien hemm ukoll żagħżugħa ta’ 15-il sena u mara ta’ 39 sena, it-tnejn residenti l-Iklin.
Aktar tard, ix-xufier ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi filwaqt li nstab li l-passiġġiera weġġgħu ħafif.
Ritratt: Pulizija