3 jinqatlu fi sparatura f’Oklahoma

Read in English.

Tliet persuni inqatlu wara sparatura barra mis-supermarket Walmart f’Oklahoma fl-Istati Uniti. Il-każ seħħ it-Tnejn filgħodu. Din kienet it-tielet sparatura barra wieħed mill-ħwienet ta’ Walmart f’ħames xhur u l-aħħar każ f’sensilla ta’ vjolenza fl-Istati Uniti.

Filmat juri li hemm preżenza qawwija ta’ Pulizija madwar karozza li fuqha ġew sparati t-tiri fil-parkeġġ ta’ Walmart f’Duncan, Oklahoma.

Mara u raġel instabu bla ħajja ġol-karozza fil-waqt li raġel instab mejjet barra mill-karozza. Dan qalitu l-Pulizija ta’ Duncan f’post fuq Facebook. Pistola instabet fuq ix-xena tad-delitt.

Il-ġurnal Duncan Banner ikkwota lill-Pulizija u rrapporta li wieħed mill-mejta huwa dak li beda jispara.

Madwar 22,000 persuna jgħixu f’Duncan, belt li tinsab madwar 129 kilometru fin-Nofsinhar ta’ Oklahoma City.

Il-Ħadd kien hemm sparatura oħra fi Fresno f’Kalifornja fejn inqatlu minn tal-inqas 4 persuni li kienu qegħdin f’bitħa jaraw l-logħba. Minn tal-inqas persuna li fetħet in-nar fuqhom għadha ma nstabitx.

Il-ġimgħa l-oħra, tifel ta’ 16-il sena qatel żewġt itfal oħra li kienu klassi miegħu qabel ma qatel lilu nnifsu. Is-Sibt raġel qatel lill-eks mara tiegħu u tliet minn uliedhom is-subien qabel ma qatel lilu nnifsu f’San Diego.

F’Awwissu li għadda raġel qatel 22 persuna f’El Paso, Texas, Walmart u darab 26 persuna oħra. Huwa kien akkużat li kien qed jimmira fuq il-Messikani. Ir-raġel wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.

Ħamsa mejta waqt sparatura f’Texas

F’Lulju ħaddiem ta’ Walmart qatel żewġ ħaddiema oħra u darab Pulizija.

Tlieta jinqatlu u għadd jindarbu fi sparatura f’Kalifornja

Walmart żied is-sigurtà fil-ħwienet tagħhom, wara l-isparatura f’El Paso u sparatura oħra f’Walmart f’Mississippi meta impjegat qatel żewġ kollegi.

Wara l-isparatura f’Settembru, Walmart ħabbar li mhux se jkun qed ibiegħ iktar munizzjon tal-kalibru .223 u 5.56. Il-kumpanija waqfet tbiegħ munizzjon tal-pistoli, AR-15 u rifles li jintużaw mill-militar.

Walmart talab lill-klijenti tiegħu biex f’dawk l-istati li jistgħu jġorru arma tan-nar fil-miftuħ, ma jieħdux iktar l-armi tagħhom magħhom fil-ħwienet.

Fl-Amerka: Persuna mejta wara li fetħu n-nar fi skola