3 jinqatlu fi sparatura f’Los Angeles

Police officers investigate a shooting at a bowling alley in the Los Angeles suburb of Torrance, California, U.S., January 5, 2019. REUTERS/Ringo Chiu
Tlett irġiel inqatlu u erbgħa persuni ndarbu waqt sparatura f’bowling alley f’Los Angeles.
Il-Pulizija tal-Istati Uniti qalet li qegħdin ifittxu s-suspettati.
Skont il-midja, l-inċident ġara wara li bdiet ġlieda fiċ-centru tad-divertiment. Id-Dipartiment tal-Pulizija f’Torrance, il-post f’Los Angeles fejn seħħ l-inċident, qal li rrispondew għal rapporti ta’ sparaturi u sabu bosta vittmi mal-wasla tagħhom.
Tnejn minnhom intbagħtu l-isptar, tnejn għazlu li jfittxu għajnuna medika privata, u tlieta kienu ċċertifikati mejtin fuq il-post.