Tliet persuni rnexxielhom iżommu allegat ħalliel milli jaħrab fil-Ħamrun, skont il-Pulizija.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li fil-5.30am ġiet infurmata li xi ħadd kien qed jisraq minn appartament fi Triq il-Kappillan Mifsud fil-Ħamrun.
Għadd ta’ pulizija marru fuq il-post fejn sabu raġel ta’ 37 sena residenti Santa Venera li kien qed jinżamm minn tliet persuni. L-allegat ħalliel huwa Libjan. Dan ġie arrestat. Skont il-Pulizija kien aggressiv mal-uffiċjali li arrestawh.
Il-każ qed jiġi investigat mill-Għassa tal-Ħamrun.