3 itfal Maltin jirbħu bil-kant f’Abu Dhabi

Tlett itfal Maltin għamlu suċċess kbir f’kompetizzjoni kbira tal-kant f’Abu Dhabi taħt l-isem ta’ Dancing & Singing Emirates International Festival.
Beppe Camenzuli Kerr kklassifika l-ewwel fil-kategorija tal-kantanti ż-żgħar, Maya Cauchi ġiet l-ewwel fil-kategorija taż-żgħażagħ u Kiana Fenech rebħet il-festival totali. It-tlett tfal Maltin huma kollha studenti ta’ La Voix School of Performing Arts.
Il-festival huwa wieħed internazzjonali fejn timijiet kreattivi, kif ukoll artisti minn pajjiżi differenti jipparteċipaw f’kompetizzjonijiet taż-żfin u l-kant.