3 irġiel jissieltu biex jisirqu kelba f’San Ġiljan

Il-Pulizija qed tinvestiga attentat ta’ serq ta’ kelba li kienet ma’ raġel f’San Ġiljan.

Fuq Facebook mara spjegat kif tliet irġiel ilbieraħ filgħaxija ppruvaw jisirqulhom il-kelba. Fissret kif wieħed mill-irġiel saffar lir-raġel tagħha u staqsieh kemm-il darba kemm irid għall-kelba. Qalet li min-naħa tiegħu qallu kemm-il darba li mhix għall-bejgħ, bir-raġel ipprova jaħtaf iċ-ċinga u b’ton aggressiv jordnalu biex jagħtihielu.

Kompliet tirrakkonta kif il-kelba saret aggressiva u r-raġel għajat lil żewġt irġiel oħra biex jgħinuh jisraqha. “Il-kelba kompliet tifferoċja. Tbiegħdu ftit u beda jimxi jgħaġġel. It-tlett irġiel daħlu f’karozza u bdew isegwuh”, żiedet tgħid. Il-mara stqarret li hu bidel id-direzzjoni u beda jiġri fi triq one way biex jevitahom.

Appellat lil  dawk kollha li għandhom il-klieb biex joqogħdu attenti minn dak li jkun qed jiġri madwarhom.