3 irġiel arrestati għax inqabdu bid-droga f’Għawdex

CMRU

Tliet irġiel inqabdu bil-kokaina u l-kannabis fil-limiti tal-Qbajjar f’Għawdex f’ħidma mill-membri tal-Iskwadra ta’ Kontra l-Vizzju tad-Droga stazzjonati Għawdex.

L-arrest tal-Malti u ż-żewġ Serbi sar tard ilbieraħ waranofsinhar. Fir-residenza tal-istess Serbi nstabu madwar 80 gramma droga suspettata li hi kokaina lesta għat-traffikar u madwar 200 gramma suspettata li hi l-pjanta tal-kannabis ukoll lesta għat-traffikar, flimkien ma’ ammont ta’ flus kontanti.

Dawn it-tliet persuni qed jinżammu mill-Pulizija sabiex jgħinu fl-investigazzjonijiet
filwaqt li l-Maġistrat tal-Għassa P. Coppini LL.D ġie infurmat bis-sejba u ħatar diversi
esperti sabiex jassistuh fl-Inkjesta Maġisterjali li ġiet appuntata.