3 inkjesti dwar il-vapur  MV Gaudos – Ministeru

Il-Ministeru għal Għawdex ordna tliet inkjesta fuq il-vapur MV Gaudos fis-sena 2015.

Dan ħareġ minn informazzjoni li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra tar-Rappreżentanti, mill-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana.

Dwar xiex infetħu l-inkjesti?

  • L-ewwel waħda kienet fuq devjazzjoni tar-rotta li kien ħa l-vapur fit-30 ta’ Ottubru 2014 minħabba eżerċizzju ta’ sparar ‘il barra minn Pembroke.
  • It-tnejn l-oħra dwar żewġ inċidenti li seħħew fl-istess jum fit-13 ta’ Novembru 2014: Waħda dwar Il-grounding ta’ MV Gaudos kif ukoll ħsara li żviluppat fis-sistema tal-fast rescue boat tal-istess vapur.

Inkjesti oħra

Minn disa’ inkjesti li saru bejn l-2014 u l-2018, sitta kienu dwar l-operat tal-Gozo Channel. Ġew ordnati inkjesti wkoll dwar il-biċċerija ta’ Għawdex, ħsarat fuq iċ-chiller tal-Cold Stores u fuq mechanical sweeper tad-Direttorat tal-Proġetti u Żvilupp.