3 imutu f’Venezja; pruvaw jiksru rekord

FIREBRIGADE HANDOUT/Handout via REUTERS

3 persuni mietu f’ħabta bi speedboat f’Venezja, hekk kif is-sewwieq kien qed jipprova jikser rekord. Dan ir-rekord kien tal-ħin li ddum biex issuq minn Monaco sa Venezja fi speedboat.

Il-protezzjoni ċivili tal-Italja kkonfermat li mietu tliet persuni, fosthom Fabio Buzzi. Buzzi kien magħruf bħala leġġenda fid-dinja tat-tiġrijiet bid-dgħajjes. Il-mejtin l-oħra huma żewġ Ingliżi, filwaqt li weġġa’ Taljan fl-inċident.

Huma mietu għax ħabtu ma’ ħajt fil-laguna ta’ Venezja. Corriere della Sera daily irrappurtat li kienu ilhom fuq il-baħar għal 18-il siegħa u 32 minuta meta ħabtu. Kienu għaddejjin b’veloċita ta’ daqs 100km fis-siegħa.