3 iklieb jinqatlu b’tiri f’Ħal Għaxaq

Tlitt iklieb instabu mejta f’garaxx f’Ħal Għaxaq.
Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-klieb inqatlu b’xi tiri minn arma tan-nar fi Triq Santu Kristu.
Spjega li l-klieb inqatlu minn daħla ta’ garaxx matul il-lejl li għadda.
B’rabta mal-każ infetħet investigazzjoni.
Min-naħa tiegħu s-Segretarju għad-Drittijiet tal-Annimali kkundanna dan l-aġir li sejjaħlu kriminali. Spjega li l-inċident ġie rrapurtat lid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali dalgħodu mill-Pulizija, fejn immedjatament bdiet ħidma ta’ kordinazzjoni mal-uffiċċji tad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali, kif ukoll mal-Pulizija, sabiex, sa fejn hu possibbli jkun iddentifikat min għamel dan ir-reat
Il-pubbliku huwa mitlub sabiex min għandu xi informazzjoni dwar il-każ jgħaddiha, anke b’mod anonimu, lid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali billi jċempel fuq in-numru 1717.

Ritratt: arkivji