3 ifkieren impurtati illegalment

Read in English.

Tlett ifkieren inqabdu jiġu impurtati b’mod illegali.

It-tlett ifkieren, tat-tip Testudo Hermanni instabu ġo vettura mingħajr id-dokumenti li suppost. Dawn inqabdu minn membri tal-Border Inspection Post (BIP), tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) kif ukoll minn tad-Dwana.

Kemm il-vettura kif ukoll il-fkieren ġew miżmuma. Il-fkieren ingħataw lill-ERA, filwaqt li l-vettura nżammet mid-Dwana.