Ritratti: 3 Ġwannijiet fil-Belt… iltqajt magħhom?

Dalgħodu, quddiem il-Parlament, kien hemm kommemorazzjoni ta’ Jum San Ġwann, fil-preżenza tal-President ta’ Malta, bis-sehem tat-tliet sezzjonijiet fi ħdan St John Malta.

St John Ambulance, St John Rescue Corps u St John Training Branch esponew l-abbiltajiet tagħhom permezz ta’ wirjiet fl-Ewwel Għajnuna Avvanzata u Salvataġġ tat-tifi tan-nar.

Il-pubbliku ngħata xi informazzjoni dwar l-importanza li wieħed ikun imħarreġ f’każ ta’ emerġenza bħal xi ħruq fil-kcina. Kien hemm ambulanzi u vetturi tat-tifi tan-nar li l-pubbliku seta’ jara mill-viċin. Kienu offruti wkoll testijiet tas-saħħa, li ntlaqgħu tajjeb min-nies, għaliex sar 130 test.

Bħala parti miċ-ċelebrazzjoni, St John qed toffri skont fuq korsijiet ta’ First Aid u Fire Basic Awareness għal kull min japplika sal-aħħar ta’ Ġunju. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jikkuntattjahom fuq training@sjamalta.org jew fuq 79245740.

Qed jiġu aċċettati wkoll applikazzjonijiet għall-volontarjat ma’ St John Rescue Corps jew St John Ambulance.