3 ġimgħat biex tissottometti arti dwar Dom Mintoff

Read in English.

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin qed jitlob għal arti li tonora lill-eks Prim Ministru l-Perit Duminku Mintoff. L-artisti interessati jistgħu jissottomettu l-proposti tagħhom sal-1 ta’ Novembru tal-2019.

L-arti se titpoġġa f’Palazzo Parisio fil-Belt Valletta fejn hemm l-uffiċċju tal-Ministeru.

Fi stqarrija maħruġa llum, il-Ministeru qal li Mintoff serva bħala Ministru għall-Affarijiet Barranin bejn l-1971 u l-1981. Il-Ministru Carmelo Abela ddeskriva l-kompetizzjoni bħala oportunità unika għall-artisti Maltin sabiex jeżibixxu t-talent tagħhom b’mod permanenti.

Il-proġett magħżul se jgħaddi mill-proċess ta’ implementazzjoni taħt id-direzzjoni tal-artist mogħti bl-appoġġ ta’ kumitat intra-ministerjali. L-artist magħżul se jingħata kontribuzzjoni finanzjarja.