3 għalliema jgħallmu l-braille

Id-Dipartiment tas-Servizzi għall-Istudent jimpjega tliet għalliema li jgħallmu l-braille lil studenti li huma neqsin mid-dawl.
Dan qalu l-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo fit-tweġiba tiegħu għad-domanda tad-Deputat Nazzjonalista Ryan Callus.
Il-Ministru Bartolo spjega li t-tliet għalliema jagħtu s-sapport tagħhom lil tfal fid-djar jew fl-iskejjel.