3 Franċiżi kkundannati għall-mewt “għax ingħaqdu mal-IS”

Reuters

Tliet irġiel Franċiżi ġew ikkundannati għall-mewt minn Qorti fl-Iraq, wara li nstabu ħatja li ngħaqdu mal-Istat Iżlamiku. L-irġiel għandhom ċans 30 jum biex jappellaw.

Dawn it-tlieta kienu parti minn grupp ta’ 12-il ċittadin Franċiż li nqabdu fis-Sirja.

Fi Frar ġew trasferiti fl-Iraq għall-ġuri u qed jitqiesu bħala l-ewwel suspettati Franċiżi b’rabtiet mal-ISIS, li ngħataw sentenza tal-mewt.