3 diretturi ġodda fl-Awtorità tal-Ippjanar

Read in English.

L-Awtorità tal-Ippjanar ħatret lil Ing. Stephen Ferrito, il-Perit Raphael Axiak u Kevin Portelli bħala Direttur għat-Teknoloġija tal-Informatika u s-Servizzi Diġitali, Direttur għall-Konformità u l-Infurzar, u Direttur għas-Servizzi Korporattivi rispettivament.

Johann Buttigieg, li hu ċ-Chairperson tal-Kunsill Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar, qal li din il-ħatra saħħet l-istruttura ta’ din l-Awtorità u se tgħinha twassal ir-responsabbiltajiet tagħha.

It-tliet uffiċjali maħtura għandhom numru ta’ snin ta’ esperjenza mal-Awtorità tal-Ippjanar, kif ukoll fl-oqsma rispettivi tagħhom.

Ing. Ferrito se jmexxi l-ħidmiet tal-Awtorità u jiżgura li s-servizzi offruti onlajn ikomplu jiżdiedu u jitjiebu. Il-Perit Axiak għandu jmexxi d-Direttorat biex jaċċerta li d-deċiżjonijiet meħuda mill-Awtorità jitwettqu b’mod effiċjenti u li l-iżvilupp ikun effettiv. Bħala Direttur tas-Servizzi Korporattivi, Buttigieg għandu jipprovdi sapport lid-Direttorati l-oħra fl-oqsma finanzjarji u tar-riżorsi umani.