3 ċiklisti oħra jirtiraw mill-isfida Lifecycle

Tliet ċiklisti oħra kellhom jirtiraw mill-isfida Lifecycle li qed issir fl-Awstralja. B’hekk s’issa irtiraw 7 minn 33 sewwieq.

Hekk kif l-isfida waslet fit-tielet jum tagħha, iċ-ċiklisti qadfu 208 kilometru u qasmu New South Wales.

F’kuntrast mat-tieni jum, dan il-vjaġġ sar fuq toroq ħafna iktar lixxi u ċ-ċiklisti ma saqux għat-tela.

It-temp ma kienx favorevoli, għaliex beda jalterna bejn xemx u xita qawwija.