3 Ċentri għall-Iskart Goff jerġgħu jiftħu wara każijiet tal-coronavirus

Wasteserv

Read in English.

Il-WasteServ ħabbret li ċ-Ċentri għall-Iskart Goff tal-Magħtab, tal-Imrieħel u ta’ Ħal Far issa jinsabu miftuħin wara li dawn għalqu minħabba każijiet tal-coronavirus jew peress li l-ħaddiema kienu kwarantina.

Ġimgħa ilu, Newsbook.com.mt żvela li kien ħames każijiet tal-coronavirus fiċ-Ċentru tal-Iskart f’Ħal Luqa.

Wara li l-WasteServ kellha tieħu l-passi sabiex tagħlaq iċ-Ċentri għall-Iskart Goff immedjatament sabiex tipproteġi s-saħħa tal-pubbliku u tal-ħaddiema tagħha, issa tlieta minn dawn iċ-ċentri reġgħu fetħu.

Dawk kollha li jixtiequ jmorru f’dawn iċ-ċentri jridu jilbsu maskra jew visor qabel jidħlu. Numru limitat ta’ vetturi se jitħallew jidħlu ġoċ-ċentri f’daqqa.

Agħfas hawn għal aktar dettall dwar x’għandek tagħmel qabel iżżur wieħed minn dawn iċ-ċentri.