3 arrestati wara rejd f’razzett fil-Għargħur għad-droga

Read in English.

Tlett irġiel ġew arrestati wara rejd li sar f’razzett fil-Għargħur minħabba d-droga.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li t-tlett irġiel għandhom 28, 31, u 53 sena.

Intqal li wara ġranet ta’ sorveljanza wetqet ir-rejd fuq ir-razzett. Minn tfittxija li saret, il-Pulizija sabet sustanza suspettata droga kokaina kif ukoll madwar €45,000 fi flus kontanti.

L-irġiel ġew arrestati fuq il-post u ttieħdu il-lock-up tal-Pulizija fil-Furjana għal aktar stħarriġ.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin filwaqt li r-raġel ta’ 28 sena mistenni jitressaq il-Qorti aktar tard illum.