3 arrestati wara li nqabdu bid-droga

Tliet irġiel ġew arrestati wara li nqabdu bid-droga lbieraħ filgħaxija.

L-irġiel twaqqfu mill-Iskwadra ta’ kontra d-Droga tal-Pulizija waqt li kienu f’karozzi separati fl-akwati ta’ San Ġwann t’Għuxa f’Bormla.

L-arrestati huma Indjani u għandhom 30, 33 u 35 sena. Fil-vettura tal-Indjan ta’ 35 sena nstabu tmien boroż li kien fihom 9 kilogrammi kannabis. Dan ir-raġel se jitressaq il-Qorti b’arrest għada, fejn se jkun akkużat bil-pussess mhux għall-użu esklussiv tiegħu.

Dwar il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali.