Serq f’San Pawl il-Baħar u l-Imġarr; 3 arrestati

Tliet persuni ġew arrestati suspettati b’serq f’San Pawl il-Baħar.

Dan intqal fi stqarrija mill-Pulizija li spjegat li l-arresti saru wara ħidma mill-Pulizija tad-Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali. L-età tagħhom tvarja bejn it-18 u l-34 sena u kienu qed jiġu investigati wara li kien hemm suspett li setgħu wettqu serq minn restorant fl-Imġarr u minn residenza f’San Pawl il-Baħar.

Huma se jitressqu l-Qorti llum għall-ħabta tas-2.15pm.