3 arrestati fuq serqa ta’ dgħajsa f’Għawdex

Tliet żgħażagħ Għawdxin ġew arrestati f’Għawdex dwar serqa ta’ dgħajsa mid-Dwejra.
Newsbook.com.mt jinsab infurmat li ż-żgħażagħ ġew arrestati fl-aħħar sigħat u ammettew li wettqu dan ir-reat. Huma se jkunu qed jittressqu l-Qorti.
Sorsi infurmati qalu ma’ Newsbook.com.mt li kienet il-ħidma ta’ 10 uffiċjali mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali (CID) li wasslet biex ġiet identifikata u nstabet il-vettura li ntużat fis-serqa.
Kelliem għall-Korp tal-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li m’għandhomx dettalji dwar il-każ.