3 anzjani kuljum jidħlu fi djar tal-anzjani

Tliet anzjani jidħlu f’residenzi għall-anzjani kuljum.
Din iċ-ċifra toħroġ minn informazzjoni tal-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali, li fl-ewwel ħames xhur tas-sena li għaddiet daħlu 436 anzjan fi djar tal-anzjani mxerrdin ma’ Malta u Għawdex.
205 minnhom daħlu fir-Residenza San Vinċenz de Paul filwaqt li l-bqija daħlu f’21 dar oħra f’Malta u Għawdex, 13 minnhom huma djar bi sħubija mal-privat taħt Public Private Partnership.
Il-Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali Michael Falzon ikkonferma dan fil-Parlament meta ppreżenta l-istatistika xahar b’xahar għall-mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.