3 anzjani jmutu bil-Covid-19 u jinstabu 52 każ ġdid

people-wearing-masks-valletta
Ritratt: Miguela Xuereb

Read in English.

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li tliet anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19, biex issa f’Malta kien hawn 169 vittma tal-coronavirus.

Fl-ewwel każ anzjan ta’ 68 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-1 ta’ Diċembru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tieni każ anzjan ta’ 78 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-28 ta’ Novembru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tielet każ anzjana ta’ 87 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-30 ta’ Novembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

52 każ ġdid; fiequ 90 persuna

Intant, tħabbru 52 każ ġdid tal-coronavirus, filwaqt li fiequ 90 persuna. Il-każijiet il-ġodda rriżultaw mill-2,659 swab test li saru.

B’hekk bħalissa hawn 1,815-il każ attiv f’Malta.

OFFICIAL COVID-19 figures for 13•12•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Posted by saħħa on Sunday, December 13, 2020

Il-każijiet tal-lum għadhom qed jiġu investigati, filwaqt li mill-121 każ li tħabbru lbieraħ, kien hemm:

  • 26 każ ta’ persuni li kellhom nies fil-familja bil-virus
  • 19-il każ minn fuq il-post tax-xogħol
  • 14-il każ ta’ nies li kellhom kuntatt dirett ma’ nies bil-virus
  • 4 każijiet ta’ nies li kienu f’attivitajiet soċjali fejn kien hemm nies bil-Covid-19

Għalhekk, jidher li baqgħet ma nstabitx l-oriġini ta’ 58 każ.

Il-każijiet tal-bieraħ
121 każ ġdid ta’ coronavirus