3 anzjani jmutu bil-coronavirus

anzjani
Miguela Xuereb

Read in English.

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li mietu tliet anzjani waqt li kellhom il-Covid-19.

Fl-ewwel każ, anzjan ta’ 83 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-24 ta’ Novembru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tieni każ, anzjan ta’ 90 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-24 ta’ Novembru, miet aktar kmieni lbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tielet każ, anzjana ta’ 90 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-23 ta’ Novembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

B’hekk l-għadd ta’ vittmi f’Malta tal-coronavirus huwa ta’ 160.