3 affarijiet li għandek tkun taf dwar l-influwenza

Tobba li tkellmu ma’ RTK 103FM fuq diversi programmi wissew ħafna drabi li din is-sena f’Malta kellna l-agħar staġun tal-influwenza f’dawn l-aħħar snin, tant li tista’ wkoll tkun fatali.
Il-Professur Wendy Barclay tal-Imperial College ta’ Londra, għamlet riċerka biex tifhem aħjar il-virus tal-influwenza.
Il-virus huwa forma ħajja
Virus,  bħal dak tal-influwenza, huwa l-aktar forma ta’ ħajja sempliċi li nafu biha. Dan jikkawża infezzjoni, jinvadi l-imnifsejn u griżem, u b’hekk jikkontrolla l-kumplament tal-makkinarju ġewwieni.
Il-virus tal-influwenza jinbidel kontinwament
Għal kuntrarju ta’ bosta, il-virus tal-influwenza  jinbidel spiss u b’mod mgħaġġel, allura l-protezzjoni għalih hija biss it-titqib ta’ kull sena. 
Il-vaċċin jagħti lil ġisimna ‘update’ tal-influwenza li se tkun ġejja għal dik is-sena. Id-deċizjonijiet isiru fi Frar, biex ilaħħqu mad-domanda tal-vaċċin li tingħata fil-ħarifa, qabel ma jibda l-istaġun tal-influwenza u tkun fl-aqwa tagħha. Li tagħżel l-aqwa prodott għat-titqib ifisser li tnaqqas iċ-ċans tal-infezzjoni b’70%.
L-influwenza jeħduha l-annimali wkoll
Forom ġodda tal-influwenza  jistgħu kultant, għalkemm rari, jittieħdu mill-annimali. Huwa rari aktar li jinfirex il-virus minn fuq l-annimal għal fuq il-bniedem, għalkemm dan ġara tliet darbiet fis-seklu 20 u oħra f’dan is-seklu. 
Għal aktar artikli dwar is-saħħa, żur il-paġna tal-lifestyle fuq Newsbook.