3 affarijiet li għandek tiċċekkja qabel tixtri flixkun inbid

B’għażla vasta t’ inbejjed, mhux dejjem huwa faċli tixtri flixkun inbid għall-gosti tiegħek. B’attentat li jagħmlu l-għażla t-tajba, ħafna jħarsu lejn it-tikketta tal-flixkun. Madanakollu, ħafna drabi dawn iktar jitellfuna milli jgħinuna.

Skont espert tal-inbejjed, Felipe Carvallo, wieħed għandu jiċċekkja dawn it-tlett affarijiet meta jħares lejn it-tikketta ta’ mal-flixkun;

  • Ma’ liema tip ta’ ikel imur l-inbid

Jekk l-inbid imur tajjeb mal-għaġin u ma’ platti ġeneriċi oħrajn, dan ikun inbid naturali li jmur tajjeb mal-maġġoranza tal-ikel. Dan l-inbid ikun wieħed pjuttost “normali”, u ma jkollu xejn partikolarment speċjali.

  • Il-livell tal-alkoħol

Skont l-espert, il-livell ta’ alkoħol fl-inbid jagħti indikazzjoni pjuttost ċara tal-ħlewwa tal-inbid. Jekk il-livell ta’ alkoħol f’inbid abjad ikun baxx, probabbilment xi ftit miz-zokkor ma jkunx iffermenta, b’hekk iz-zokkor ikun ħelu, u għall-gosti ta’ uħud jista’ jitqies ħelu żżejjed.

  • Wieħed m’għandux jinkwieta jekk il-varjeta tal-għenba ma tkunx miktuba fuq it-tabella

Imbilli tkun taf it-tip ta’ għeneb li jinstab fl-inbid, ma jfissirx li se tkun taf x’togħoma fih. Dan għaliex l-istess tip t’għenba jista’ jkollha togħoma differenti, skont fejn tkun ġiet prodotta.