3,795 inċident tat-traffiku bejn April u Ġunju

Bejn April u Ġunju seħħew 3,795 inċident tat-traffiku, li minnhom tnejn kienu fatali.
Din tissarraf f’żieda ta’ 49 inċident jew 1.3% meta mqabbel mal-istess xhur tas-sena li għaddiet.
F’dawn l-inċidenti ndarbu 492 persuna li 292 kienu xufiera.
F’73.2% tal-inċidenti kienu nvoluti l-karozzi, fi 15.4% il-muturi u f’9.8% t-trakkijiet.
Mill-istatistika tal-NSO jirriżulta li meta mqabbel mal-2013, kien hemm inqas inċidenti fin-nofsinhar ta’ Malta.
L-iktar lokalitajiet li fihom seħħew inċidenti kienu Birkirkara, Ħal Qormi u San Pawl il-Baħar.
L-akbar numru ta’ inċidenti u l-iktar li fihom ndarbu persuni seħħew nhar ta’ Ġimgħa.
Nhar ta’ Sibt seħħew l-inqas numru ta’ inċidenti filwaqt li nhar ta’ Ħadd kien hemm l-ikbar numru ta’ inċidenti li fihom indarbu persuni. 

Ritratt: Media Police