3,500 persuna b’diżabiltà li qed jaħdmu

F’ħames snin, l-għadd ta’ persuni b’diżabiltà li jaħdmu irdoppja biex minn 1,797 fl-2013 dan żdied għal 3,499 f’Novembru li għadda.
Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo qal li dan fil-Parlament u qal li 649 minnhom sabu l-impjieg tagħhom matul is-sena li għaddiet.
Huwa kien qed iwieġeb għall-mistoqsija parlamentari tad-deputat Laburista Robert Abela li staqsa wkoll għall-figuri ta’ persuni b’diżabilità fix-xogħol għal dawn l-aħħar ħames snin.