3,500 familja se jibbenefikaw minn skema ta’ pannelli fotovoltajiċi

3,500 familja se jibbenefikaw minn skema ta’ pannelli fotovoltajiċi li permezz tagħha se jingħataw l-għajnuna biex jinstallaw is-sistema fuq il-bjut tagħhom.
F’konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru bla Portafoll Konrad Mizzi ħabbar li l-Gvern alloka €8 miljun għal din l-iskema mill-fondi Ewropej.
Il-Ministru Mizzi qal li f’erba’ snin b’din l-iskema se jkunu bbenefikaw mal-20,500 familja.
Dr Mizzi qal li l-Gvern qed jaħdem biex sal-2020, 10% tal-enerġija  li tiġġenera Malta, tiġi minn enerġija nadifa.
Żied jgħid li Malta diġà qabżet nofs din il-mira.
Ritratt: DOI: Omar Camilleri