3,100 kuruna mbierka mill-Papa għall-anzjani Maltin

pope_rosary

B’kollox tbierku 3,100 kuruna mill-Papa Franġisku biex jitqassmu lill-anzjani fi djar tal-anzjani madwar Malta.
Il-Ministru għas-Solidarjetà Michael Falzon qal fil-Parlament li s-Segretarjat għall-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva qassam 2,067 kuruna mbierka mill-Papa Frangisku lill-anzjani li jinsabu fid-djar tal-anzjani fl-Imtarfa, Furjana, Mosta, Imsida, Bormla, Żejtun u f`Tal-Mellieħa kif ukoll dawk rekoverati f`Zammit Clapp.
Il-Ministru li kien qed i qal li fadal 1,033 kurana x`jitqassmu.
Il-Ministru kien qiegħed iwieġeb għall-mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina.