3,000 siġra tat-tin se jingħataw b’xejn

Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja Clint Camilleri ħabbar li 3,000 siġra tat-tin li qed jiġu kkultivati fil-Plant Biotechnology Centre, is-sena d-dieħla se jingħataw b’xejn lil dawk kollha li jkabbru din is-siġra.
Waqt li kien qed jindirizza seminar għas-settur tal-biedja, Camilleri spjega kif din is-siġra tisfa attakkata minn bosta insetti. Saħaq li min ikabbarha mhux konxju tal-insetti u għaldaqstant inħass il-bżonn li ssir kampanja.
Matul is-seminar ġew ippreżentati r-riżultati tar-riċerka li saret dwar il-kontroll tal-ħanfusa tat-tin u l-konservazzjoni tas-siġar tat-tin.