3,000 passiġġier jinqdew minn ħames kmamar tal-banju

Cruise-liner fil-Golf tal-Messiku waqaf f’nofs ta’ baħar wara li nħarqet l-kamra tal-magni. Passiġġieri abbord il-cruise-liner qalu kif qed isibu drenaġġ mal-ħitan u jkollhom jistennew ħin twil biex ikunu jistgħu jieklu ħobż fil-basal.

Jidher li t-3,000 passiġġier iridu jinqdew minn ħames kmamar tal-banju, wara li l-ħsara affetwat ukoll is-sistema elettrika kollha tal-vapur. Vapur ieħor tal-istess kumpanija għaddiet l-ikel u xorb neċessarju lill-vapur, minkejja kundizzjonijiet ħżiena tat-temp. Tug-boats waslu biex jiġbdu dan il-vapur nhar it-Tnejn li għadda u huwa mistenni jasal Alabama fl-Istati Uniti matul il-ġurnata tal-Ħamis.