3,000 jibbenefikaw minn child care b’xejn

In-numru ta’ tfal li qegħdin jibbenefikaw mis-servizz huwa ta’ 2,947.
Dan joħroġ minn informazzjoni mogħtija fil-parlament mill-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Laburista Anthony Agisu Decelis.
Bartolo qal li bejn l-1 ta’ April 2014 u l-31 ta’ Diċembru 2014 kien hemm 3,856 applikazzjoni għall-iskema ta’ child care b’xejn.
In-numru ta’ applikazzjonijiet niżel għal 2,843 fis-sena ta’ wara.
Bejn April 2014 u Settembru 2016 il-gvern nefaq madwar €25 miljun fuq din l-iskema, li taħta hemm irreġistrati 93 centru li joffru s-servizzi ta’ child care.