29 produzzjoni minn 12-il pajjiż għal ŻiguŻajg

Fi żmien xahar se tibda l-ħames edizzjoni ta’ ŻiguŻajg, il-festival internazzjonali tal-arti għat-tfal u ż-żgħażagħ.
Din is-sena dawk li jattendu bejn is-16 u t-22 ta’ Novembru se jkunu jistgħu jgawdu minn programm ta’ spettaklu ta’ ċirku, drammi, mużika, teknoloġija moderna u anke temi serji bħall-immigrazzjoni.
Madwar 160,000 tifel u tifla mistennija jaraw 29 produzzjoni minn 12-il pajjiż differenti li se jsiru għall-festival ta’ din is-sena.
Għat-tnedija tal-programm kieu preżenti Michelle Muscat, il-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici u l-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo.
ŻiguŻajg hi produzzjoni tal-Fondazzjoni Kreattività b’kollaborazzjoni mal-Gvern u CHOGM Malta 2015.
Il-biljetti għall-programm tal-iskejjel ta’ filgħodu jistgħu jinkisbu bla ħlas. Dawk il-produzzjonijiet miftuħin għall-pubbliku jiswew €2.