29 persuna b’multa ta’ €100

police-health-authorities-inspections-quarantine-coronavirus-25
Miguela Xuereb

Read in English.

Total ta’ 29 persuna ngħataw multa ta’ €100 wara li nstabu fi gruppi ta’ aktar minn erba’ persuni.

F’aġġornament dwar il-coronavirus il-Gvern qal li persuna waħda nstabet tikser il-kwarantina obbligatorja fit-354 spezzjoni li saru fl-aħħar 24 siegħa.

Illum tħabbar li fiequ tmien persuni oħra mill-COVID-19. B’hekk b’kollox hawn 427 persuna li ħelsu mill-virus. Fl-aħħar 24 siegħa saru 1,006 testijiet u nstab każ pożittiv wieħed biss.

Il-Gvern fakkar li permezz ta’ avviż legali li diġà daħal fis-seħħ, il-VAT imposta fuq il-facemasks u l-face shields se tinżel minn 18% għal 5%. Intant, wara li tħabbar il-prezz massimu għall-face masks li se jinbiegħu b’95ċ u face shields b’€5.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn