29 każ ġdid tal-coronavirus; ifiqu 43 persuna

face masks
Miguela Xuereb

Read in English.

Malta kellha 29 każ ġdid tal-coronavirus minn 2,096 swab test. Fiequ wkoll 43 persuna, biex issa t-total ta’ każijiet attivi huwa ta’ 623.

OFFICIAL COVID-19 figures for 26•09•2020Chris Fearne | MaltaGov |Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Posted by saħħa on Saturday, September 26, 2020

Ilbieraħ Malta kellha 31 każ ġdid tal-coronavirus filwaqt li fiequ 70 persuna.

Minn dawn il-każijiet, kien hemm:

  • 6 każijiet ta’ membri tal-familja ta’ persuni bil-virus
  • 2 każijiet ta’ nies li kienu f’kuntatt dirett ma’ oħrajn bil-virus
  • Każ minn attività soċjali
  • Każ impurtat
  • 3 każijiet mid-dar tal-anzjani Casa San Paolo

Dan ifisser li 18-il każ kienu ġejjin mill-komunità.

Illum tħabbret il-31 mewta f’Malta bil-coronavirus, dik ta’ anzjana ta’ 92 sena li kienet ġo dar ta’ anzjani. Il-Ministeru tas-Saħħa qal li hi kellha kundizzjonijiet ta’ saħħa oħrajn apparti l-virus, u li mietet tul il-lejl li għadda.