29 każ ġdid ta’ coronavirus

Miguela Xuereb

Read in English.

Malta reġistrat 29 każ ġdid ta’ coronavirus.

Dawn iċ-ċifri tħabbru mill-Ministeru għas-Saħħa li qal li fiqu erba’ persuni oħra. Fl-aħħar 24 siegħa saru 1,882 swab test.

B’hekk Malta issa għandha 440 każi attivi ta’ COVID-19.

Ġie spjegat li tlieta mill-każi tal-lum ġejjin mill-Isptar Monte Karmeli. Hemm żewġ każijiet minn Paceville filwaqt li ħamsa huma marbutin ma’ qraba li ħarġu pożittiv reċentament. Każ ieħor tal-lum kellu kuntatt ma’ persuna fuq il-post tax-xogħol tiegħu li ħareġ pożittiv.

L-aġenzija għas-saħħa tal-Unjoni Ewropea sejħet fuq numru ta’ Stati Membri li qed jesperjenzaw żieda fil-każijiet ta’ coronavirus biex jerġgħu jimplimentaw miżuri ta’ kontroll, filwaqt li wissiet dwar “ritorn reali” tal-virus f’diversi pajjiżi.

F’rapport ta’ “valutazzjoni rapida tar-riskju” li kien ippubblikat nhar it-Tnejn, iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) wissa dwar “riskju li terġa’ teskala l-Covid-19” madwar il-kontinent. F’dikjarazzjoni, iċ-Ċentru qal li “Filwaqt li diversi pajjiżi issa qed jiskopru ħafna każijiet ħfief jew mingħajr sintomi, li rriżulta f’żieda fir-rapporti ta’ każijiet, qed naraw żieda allarmanti fil-każijiet f’diversi pajjiżi, wara li ġew rilassati l-miżuri ta’ distanza soċjali.”