29 każ ġdid ta’ coronavirus; ifiqu 85

Woman-wearing-face-mask-due-to-coronavirus-pandemic-7
Miguela Xuereb

Read in English.

29 każ ġdid tal-coronavirus kienu rrappurtati mill-awtoritajiet tas-saħħa nhar it-Tlieta wara 2,116-il swab test fl-aħħar 24 siegħa.

Fil-pajjiż issa hawn total ta’ 517-il każ attiv wara li fiequ 85 persuna oħra.

S’issa f’Malta kienu rreġistrati total ta’ 3,035 każ tal-coronavirus minn meta feġġet il-pandemija fil-pajjiż f’Marzu li għadda.

Il-każi ġodda rrappurtati llum għadhom qed jiġu investigati. Intant mill-każi tal-bieraħ, instab li seba’ kienu kuntatti diretti ta’ każi pożittivi, każ wieħed mill-cluster ta’ Dar San Ġużepp, żewġ każi impurtati, żewġ każi li kienu kuntatti ta’ persuni pożittivi li marru għax-xogħol, każ ieħor mill-cluster ta’ Paceville u każ wieħed relatat ma’ avveniment soċjali. Intant kien hemm 13-il każ li mhux magħruf minn fejn ġew.

Intant illum tħabbret il-mewt tal-34 vittma tal-coronavirus, anzjana ta’ 79 sena.