29 għaqda jibbenefikaw minn għajnuna tal-A4U

L-Oratorju Salesjan, iż-Żgħażagħ Azzjoni Kattolika u l-Kulleġġ St Jeanne Antide kienu fost 29 organizzazzjoni li fl-aħħar sentejn ibbenefikaw mill-iskema ta’ sapport finanzjarju mill-Aġenzija Żgħażagħ A4U.
Dan qalu l-Ministru Evarist Bartolo fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tad-deputat Laburista Godfrey Farrugia.
L-iskema A4U tgħin lill-gruppi ta' żgħażagħ jipparteċipaw b’mod attiv fil-komunità, itejbu l-faċilitajiet li jużaw, iżidu r-riżorsi li għandhom u jiżviluppaw taħriġ għall-mexxejja preżenti u dawk prospettivi.
L-assistenza finanzjarja għal kull inizjattiva tista’ titla’ sa massimu ta’ €1,500.