29,000 persuna gawdew mir-rifużjoni tal-VAT

Iktar minn 29,000 persuna gawdew minn parti mir-rifużjoni tal-VAT fuq reġistrazzjoni ta’ vetturi.
Dan qalu l-Ministru għat-Trasport Joe Mizzi fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Laburista Godfrey Farrugia.
Mizzi qal li fl-2014 kien hemm 29,126 persuna li ħadu pagament ta’ €110 jew ta’ €55 bħala parti mir-rifużjoni ex-gratia ta’ VAT fuq it-taxxa ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi.
Fl-2015 kien hemm 3,336 persuna li ħadu l-ħlas kollu dovut bħala rifużjoni għall-vetturi reġistrati bejn l-1 ta’ Mejju u Diċembru 2004.
L-ammont ta’ persuni li mistennija jibbenefikaw minn din l-iskema jkun magħruf fis-sena 2019 meta jiġu eżawriti l-iskemi kollha.