Regolamenti kontra l-abort imwaqqfa minn Imħallef Federali fl-Amerika

FILE PHOTO: A sign is pictured at the entrance to a Planned Parenthood building in New York August 31, 2015. REUTERS/Lucas Jackson/File Photo

Imħallef Federali f’ Washington DC imblokka regolament tal-amministrazzjoni Trump li twaqqaf klinics pubbliċi tal-familja milli jirreferu pazjenti għat-tobba tal-abort.

Id-digriet tal-Imħallef waqqaf l-infurzar ta’ norma implementata tul il-pajjiż kollu li kellha tidħol fis-seħħ fit-3 ta’ Mejju wara oġġezzjonijiet li saru minn dawk favur l-abort li argumentaw li din ir-regola kellha l-intenzjoni li tagħlaq ħalq it-tobba li jikkomunikaw mal-pazjenti taghhom dwar l-abort.