289 luzzu rreġistrat f’Malta u Għawdex

F’Malta hawn irreġistrat 289 luzzu.

Dan jirriżulta mit-tweġiba li għamel il-Ministru Leo Brincat għall-mistoqsija magħmula mid-Deputat Censu Galea.

Dawn il-luzzijiet huma imqassmin fi tliet kategoriji, li huma MFA, MFB u MFC.

L-aktar lokalità fejn hemm luzzijiet irreġistrati huwa Marsaxlokk bi 88, it-tieni l-aktar huwa Birżebbuġa bi 15.

In-numru tal-luzzijiet li huma rreġistrati f’Għawdex fit-tliet kategoriji jammonta għal 20.