284 jitkeċċew mix-xogħol fi żmien 7 jiem – Bonnici

a woman is waiting outside a shop to open coronavirus
Miguela Xuereb

Read in English.

Il-Ministru għax-Xogħol Owen Bonnici qal fil-Parlament li matul il-ġimgħa ta’ bejn is-16 u t-22 ta’ Marzu tal-2020, Jobsplus irċeviet total ta’ 284 formola tat-tmiem tal-impjieg.

Dan qalu hu u jwieġeb mistoqsija tal-Membru Parlamentari Ivan Bartolo. Bonnici qal ukoll li fil-ġimgħa bejn is-16 u l-20 ta’ Marzu l-qagħad kien żdied bi 11-il persuna oħra. B’hekk sa dakinhar l-ammont kien tela’ għal 1,670 persuna mingħajr impjieg fil-pajjiż.

Ilbieraħ il-Gvern ħabbar li se jħallas €800 fix-xahar lill-ħaddiema tar-ristoranti u tal-akkomodazzjoni fost oħrajn. Il-Prim Ministru Robert Abela żvela pakketti ta’ għajnuna ġodda wara li kien taħt pressjoni minn diversi entitajiet biex il-Gvern ikun aktar ġeneruż. Il-miżuri jindirizzaw 60,000 ħaddiem fis-settur privat.

Il-Partit Nazzjonalista sostna li filwaqt li t-tielet pakkett finanzjarju li ħabbar il-Gvern ilbieraħ huwa aħjar minn dawk ta’ qabel, “għad fadal ħafna x’jista’ jsir”.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn