2,800 persuna qed jistennew għajnuna mingħand l-awtorità tad-djar

Il-Ministru għall-familja u politika soċjali Marie Louise Coleiro Preca sostniet li bħalissa hemm 2,800 persuna li qed jistennew għajnuna mingħand l-awtorità tad-djar.

Meta żaret l-awtorità tad-djar għall-ewwel darba bħala Ministru, Marie Louise Coleiro Preca żiedet tgħid li diversi persuni, li saħansitra ilhom fuq il-lista ta’ stennija għal ħmistax -il sena, għamlu kuntatt magħha u għalhekk appuntat bord u konsulenti sabiex jevalwaw is-sitwazzjoni preżenti tal-awtorità tad-djar.

Il-Ministru Marie Louise Colerio Preca sostniet ukoll li l-awtorità saħansitra ma kelliex flus biex tħallas l-impjegati tagħha u għalhekk mistenni jinħatar bord ġdid sabiex titranġa din is-sitwazzjoni.