​280 tunnellata skart jitneħħew minn Kemmuna

Tneħħew 280 tunnellata ta’ skart minn madwar Kemmuna. Dan ħareġ fi stqarrija mill-Ministeru għall-Ambjent, li tgħid ukoll li tħawlu 3,100 siġra indiġena.
Il-Ministeru rrefera wkoll għal rimi illegali ta’ materjal tal-kostruzzjoni f’Kemmuna wkoll. Spjega kif il-materjal qiegħed jitneħħa bl-ispejjeż jitħallsu b’min qed jarmi b’mod abbużiv. 
Is-siti fil-bżonn li jitnaddfu ġew identifikati f’azzjoni ta’ infurzar mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi.
F’Kemmuna ġiet installata wkoll sistema ta’ ‘drip irrigation’ sabiex is-siġar li tħawlu jibqa’ jkollom aċċess għat-tisqija matul is-sena kollha.
Il-Ministru Josè Herrera ltaqa’ mal-ħaddiema u saħaq kemm hu importanti li Kemmuna, li tiġbed l-attenzjoni ta’ eluf ta’ Maltin u turisti, tibqa’ fl-istat naturali tagħha.
Ritratti: MESDC