28 sewwieq waqt l-Enduro Rally f’Għawdex

Man on Bike

28 sewwieq ippartiċipaw fit-tielet edizzjoni tal-Gozo Enduro Rally. 
Din saret ilbieraħ fix-Xwejni, fl-okkażżjoni tal-Festival tal-Isport Għawdxi. 
Il-kompetizzjoni kienet tikkonsisti fi tliet ġirjiet matul korsa twila b’għadd ta’ tlugħ u nżul. 
Joseph Scicluna, iċ-Champion renjanti tal–Enduro 2016/17, kiseb it-tieni post, filwaqt li John Attard daħal fit-tieni post. Warajh rajna lil Matheiu Salomon fi-tielet post, li ġie segwit minn Nataniel Camilleri u Mario Micallef fir-raba’ u l-ħames post rispettivament.
Ir-rappreżentant tal-bord tal-Isport Għawdxi, Joseph Karl Bajada ppreżenta trofew lil-ħames rebbieħa. 
Dan l-avveniment ġie organizzat b’ kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali taż-
Żebbug, il-Gozo Sports Board u l-Ministeru għal Għawdex.