28 kunsill lokali applikaw għall-fondi għal World Cleanup Day

Tmienja u għoxrin kunsill lokali qed jieħdu sehem f’inizzjattiva tal-Gvern għal World Cleanup Day biex inaddfu l-lokalità tagħhom.

Fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għall-Gvern Lokali u mis-Segretarjat għall-Gvern Lokali, intqal li kien hemm €21,858 allokati. L-iskop tal-attività huwa li jkun hemm aktar għarfien dwar l-indafa pubblika.

Il-Ministru għall-Gvern Lokali Owen Bonnici qal li l-Gvern huwa impenjat li jipprovdi aktar spazji siguri u nodfa għal kulħadd. Is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis qal li l-Gvern qed jagħti prijorità lill-indafa ta’ Malta.