28 każin ibbenefika mill-programm Leader

28 Każin tal-Banda bbenefika minn fondi Ewropej permezz tal-programm Leader.
Dan joħroġ minn tweġiba tal-Ministru responsabbli mill-Fondi Ewropej Louis Grech għall-mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista David Agius.
Grech spjega li skont il-programm maqbul bejn Malta u l-Kummissjoni f'Marzu 2011 jistgħu jibbenefikaw minn dawn il-fondi 47 lokalità li għandhom art agrikola fil-konfini tagħhom.
Minn dawn il-lokalitajiet, kien hemm 28 soċjeta mużikali li ssotomettew applikazzjoni eleġibli għal 36 proġett. Dawn l-applikazzjonijiet kollha ġew approvati mit-tliet Gruppi Azzjoni Lokali rispettivi.